Lokali Parlament

Il-Ministru Chris Fearne jisfida ordni tal-Ispeaker

Ritratt: Martin Agius

Id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil talab lill-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia biex jieħu l-passi neċessarji fil-konfront tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne li sfida ordni tal-istess Speaker dwar diskors li għamel Simon Busuttil dwar l-IVF.

Fil-Parlament Simon Busuttil irrifera għar-ruling tal-Ispeaker li kien ordna lill-One News biex jikkoreġu rapport li kien ikkwotah skorrettament dwar diskors li hu għamel fuq l-IVF.

Id-deputat Nazzjonalista ppreżenta artiklu mid-deputat Prim Ministru Chirs Fearne li fih reġa’ immiżinterpreta d-diskors tiegħu u għalhekk sfida r-ruling tal-Ispeaker.