Il-President Palestinjan, Mahmoud Abbas, baqa’ jinżamm l-isptar wara li ddaħħal hemmhekk fi tmiem il-ġimgħa minħabba għad-deni għoli. L-aħħar rapporti, qalu wkoll li kien hemm ‘titjib ċar fil-kundizzjoni tiegħu’.
Abbas, li għandu 83 sena, iddaħħal l-isptar jiem biss wara li hu kien għamel operazzjoni f’widnejh.
Skont l-aħħar żviluppi, deputati parlamentari qrib ta’ Abbas qalu li l-Mexxej Palestinjan jista’ joħroġ mill-isptar it-Tlieta, iżda huma ma elaborawx dwar il-kundizzjoni tiegħu.
Mahmoud Abbas, li jinsisti li hu ‘fiżikament tajjeb’, irrifjuta, s’issa, li jagħżel Mexxej suċċessur u uffiċjali Palestinjani jammettu li jinsabu mħassbin li m’hemmx suċċessuri potenzjali għat-tmexxija Palestinjana.
Il-President Palestinjan Abbas jinżamm l-isptar


