Id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil insista li r-responsabbiltà dwar il-korruzzjoni għandha tintrefa’ llum.
Fl-Aġġornament tal-parlament Simon Busuttil tkellem dwar Daphne Project u dwar email li kienet żvelata li kien imissha ġabet konsegwenzi gravi. L-email ta’ Karl Cini f’Diċembru 2015 dwar il-kumpaniji fil-Panama ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri tiżvela ħafna dettalji.
Fl-email Karl Cini talab li jinfetaħ kont għall-kumpaniji u spjega l-pjan tal-kumaniji. Keith Schembri u Konrad Mizzi huma bi sħab meta suppost qed jaqdu funzjoni pubblika. Karl Cini qal li se jagħmlu xogħol ta’ riċiklaġġ. remote gaming, infrastruttura, sajd u marititmi u żvela pjan ta’ kif huma se jġibu l-flus fil-kumpmniji. Fl-ewwel sena dawn se jdaħħlu 2 miljun dolalau, 150 dolalru kull xahar. L-email intbgħatet lil Mossack Fonseca. Il-flus kienu se jidħlu mill-kumpanija 17 Black. Cini qal li se jiddaħħlu 150,000 dollaru fix-xahar minn 17 Black.
Konrad Mizzi u Keith Schembri kienu se jagħmlu taħwid biex idaħħlu dawn il-flus. Fil-kont tal-bank fil-Bahamas jidħlu 2 miljuni flimkien mal-kumpanija fil-Panama u truist fi New Zealband. Il-mistoqsija hi: Minn fejn kienu se jitħallsu l-150,000 dollaru fix-xahar. Karl Cini qal li kienu se jġibu mingħand 17 Black li hi reġistrata f’Dubaj. Kien żevalt li f 17 Balck dħalu iktar minn 1 miljun u nofs mingħand kumpanija Maltija li hi l-aġent tat-tanker tal-LGN u mingħand kumpnaija oħra li sidha hu persun amill-Ażerbajġan.
Simon Busuttil qal li hu u David Casa talbu inkjesta bil-qorti, li kkonfermat li Konrad Mizzi, Keith Schembri, Tonna u Cini għandhom jiġu investigati kriminalment, Peress li hemm inkjesta oħra miftuħa s-sajf li għadda u l-qorti ppreferit li kollox jinstema’ fl-ewwel inkekjsta. Il-qorti għamlitha ċara li fil-konfront tal-Ministru Mizzi, Brian Tonna, Karl Cini u Kith Schembri, il-prekwiżiti meħtiġea fil-liġi jidher li jeżistu u għalhkek għandhom jiġu investigati kriminalment.
Simon Busuttil kompla li dan hu t-tieni maġistrat li kkonerma li Konrad Mizzi u Keith Schembri għandhom ikunu investigati kiminalment iżda ma ġara xejn. Is-sena li għaddiet it-talba għall-investigazzjoni kienet aċċettata mill-ewwel maġistrat iżda l-Prim Ministru Keith Schembri u Konrad Mizzi appellaw. Min għandu x’jaħbi joġġezzjona għal investigazzjoni! L-appell spiċċa quddiem imħallef li hu miżżewweġ deptuat Laburista. Hu kien talab li l-Imħallef jinbidel iżda din il-kawża ilha xhur sħaħ quddiem il-qorti kostituzzjonali.
Simon Busutit kompla li r-rivelazzjonijiet ta’ 17 Black huma gravi u ma jħallu lok għall-ebda dubju. Dan hu pjan ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi li fih huma kienu se jdaħħlu 150,000 dollaru fix-xahar. Mil-liema ħmieġ kontu se ġġibu dawn il-flus?
Keith Schembri u u Konrad Mizzi inqabdu għax merew il xulxin; Konrad Mizzi qal li hu kien għamel kumpanija għall-familja iżda Keith Schembri ammetta li 17 Black kienet fil-pjan tiegħu. Fuq din il-gvern missu waqa’. Konrad Mizzi u Keith Schembri qalu li ma jafux ta min hi 17 Black; li mingħandha qed jammettu li se jieħu 150,000 dollaru fix-xahar. Trid tkun qed tigdeb biex tgħid dawn l-affarjiet.
Id-deputat Nazzjonalista qal li hemm rabta gravi mal-pewer station li jfisser li hemm flus minn dan il-proġett li jistgħu jispiċċaw għand Konrad Mizzi u Keith Schembri. Hemm rabta mal-kontijiet tad-dawl li qed jirċievu l-familji; kontijiet ogħlja għax se jidħlu 150,000 dollaru fix-xahar x’imkien.
Simon Busuttil għamel distinzjoni bejn ir-responsabbiltà politika u kriminali u qal li dawn għandhom iwarrbu sakemm inaddfu isimhom. Il-ġlieda għall-ġustizzja mhix faċli u determinat li nibqa’ għaddej biha sakemm naslu, sostna Simon Busuttil, li kompla li Muscat għażel li jiddefendihom u għalhekk intrabat mal-karru tagħhom. Il-ġustizzja tgħodd ukoll għal Joseph Muscat.
//= $special ?>