Il-captain ta’ Inter Mauro Icardi mhux se jkun qed jilgħab fit-Tazza tad-Dinja wara li tħalla barra mill-għażla finali tal-kowċ Jorge Sampaoli. Dan minkejja li Icardi spiċċa l-aqwa skorer ta’ Serie A flimkien ma’ Ciro Immobile b’29 gowl. L-attakkanti magħżula huma d-duo ta’ Juventus Gonzalo Higuain u Paulo Dybala, Sergio Aguero ta’ Manchester City u Cristian Pavon ta’ Boca Juniors.
Sergio Romero mistenni jkun l-għażla numru wieħed fil-lasta, fi skwadra li tinvolvi diversi plejers ta’ esperjenza, fosthom Lionel Messi, Sergio Aguero, Gonzalo Higuain, Marcos Rojo, Javier Mascherano, Lucas Biglia u Angel Di Maria.
Fl-iskwadra finali, hemm ukoll plejers żgħażagħ bħal Giovani Lo Celso, Cristian Pavon, Maxi Meza u Nicolas Tagliafico li ma lagħbux aktar minn għaxar logħbiet.
L-Arġentina tilgħab fi Grupp D u tiftaħ l-impenji kontra l-Iżlanda f’Moska fis-16 ta’ Ġunju. Huma jilagħbu wkoll kontra l-Kroazja u n-Niġerja.
Skwadra finali tal-Arġentina
Gowlkipers: Sergio Romero (Manchester United), Willy Caballero (Manchester City), Franco Armani (River Plate)
Difensuri: Gabriel Mercado (Sevilla), Cristian Ansaldi (Torino), Nicolas Otamendi (Man City), Federico Fazio (Roma), Marcos Rojo (Man United), Nicolas Tagliafico (Ajax), Marcos Acuna (Sporting), Eduardo Salvio (Benfica)
Midfielders: Javier Mascherano (Hebei Fortune), Lucas Biglia (Milan), Ever Banega (Sevilla), Giovani Lo Celso (PSG), Manuel Lanzini (West Ham), Angel Di Maria (PSG), Maxi Meza (Independiente)
Attakkanti: Lionel Messi (Barcelona), Paulo Dybala (Juventus), Sergio Aguero (Man City), Gonzalo Higuain (Juventus), Cristian Pavon (Boca Juniors)
//= $special ?>