L-attakkant ta’ Chelsea Alvaro Morata hu wieħed mill-plejers rinomati li tħalla barra mill-iskwadra nazzjonali ta’ Spanja għat-Tazza tad-Dinja. Il-kowċ nazzjonali Julen Lopetegui sejjaħ l-iskwadra finali ta’ 23 plejer u minbarra Morata, hemm neqsin ukoll sħabu fit-tim ta’ Chelsea Cesc Fabregas u Marcos Alonso, il-midfielders ta’ Manchester United Ander Herrera u Juan Mata kif ukoll Hector Bellerin.
Fl-attakk flok Morata, hem plejers bħal Isco, Sergio Asensio, Lucas Vazquez, Rodrigo u Diego Costa. Din id-deċiżjoni hi daqqa oħra għal Morata f’dan l-istaġun. Hu ngħaqad ma’ Chelsea fil-bidu ta’ dan l-istaġun għal kważi €80 miljun mingħand Real Madrid, iżda skorja biss 11-il gowl fil-Premier League u saħansitra tilef postu fil-formazzjoni ta’ Chelsea.
L-iskwadra Spanjola hi mimlija bi plejers ta’ talent, bil-captain veteran Andres Iniesta mistenni jilgħab l-aħħar tournament tiegħu mat-tim nazzjonali. Spanja tinsab fi Grupp B flimkien mal-Portugall, l-Iran u l-Marokk.
Skwadra finali
Gowlkipers: David de Gea (Manchester United), Pepe Reina (Napoli), Kepa Arrizabalaga (Athletic Bilbao)
Difensuri: Dani Carvajal (Real Madrid, Alvaro Odriozola (Real Sociedad), Gerard Piqué (Barcelona), Sergio Ramos (Real Madrid), Nacho (Real Madrid), Cesar Azpilicueta (Chelsea), Jordi Alba (Barcelona), Nacho Monreal (Arsenal)
Midfielders: Sergio Busquets (Barcelona), Saúl (Atletico Madrid), Koke (Atletico Madrid), Thiago Alcantara (Bayern Munich), Andres Iniesta (Barcelona), David Silva (Manchester City)
Attakkanti: Isco (Real Madrid), Sergio Asensio (Real Madrid), Lucas Vázquez (Real Madrid), Iago Aspas (Celta Vigo), Rodrigo (Valencia), Diego Costa (Atletico Madrid)
//= $special ?>