Ambjent Lokali

Pjan biex tkun żviluppata zona biswit it-Technopark

Is-sottomissjonijiet jintlaqgħu sat-2 ta' Lulju

L-Awtorita’ tal-Ippjanar nediet perijodu ta’ konsultazzjoni sabiex titfassal policy ġdida għaz-zona magħrufa bħala Tas-Sgħajtar, qrib it-Technopark tal-Mosta. Din iz-zona għandha kobor ta’ 23,000m².

L-Awtorita’ qed tippjana biex fiz-zona jibnew units residenzjali u kummerċjali.

Il-ħsieb hu li jkun hemm 3,348m2 użati għal skopijiet rikreattivi jew ġonna pubbliċi.

Fi stqarrija, l-Awtorita’ tal-Ippjanar qalet li wieħed jista’ jikseb aktar informazzjoni fuq is-sit www.pa.org.mt/consultation jew jintbagħtu korrispondenzi fl-email mosta.sghajtar@pa.org.mt.

Il-konsultazzjoni tibqa’ miftuħa sat-2 ta’ Lulju.