Lokali Parlament

Il-poplu qed iħallas kontijiet tad-dawl għolja minħabba l-korruzzjoni

– Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li l-poplu Malti qed iħallas kontijiet tad-dawl ogħla minħabba l-korruzzjoni.

Fl-Aġġornamnet Claudette Buttigieg qalet li hawn realtà ta’ kontijiet għoljin u sostniet li qed issir inġustizzja mal-konusmaturi. Il-pubbliku mhux jifhem kif il-kontijiet qed jiġu ogħla.

“F’perjodu ta’ xahrejn id-distribuzzjoni ma tibqax ġusta. Hemm diversi persuni li suppost kellhom jieħdu l-benefiċċji iżda dawn mhux jittieħdu.”

Hi qalet li hu tajjeb li l-PN se jkun qed jappoġġja lin-nies li qed isofru din l-inġustizzja kbira. Jeħtieġ li jkun spjegat x’wassal biex il-kontijiet joħorġu kif qed jinħarġu.

Claudette Buttigieg kompliet li fil-kontijiet tad-dawl, il-poplu qed iħallas għall-korruzzjoni. Din hi rabta inketanti ħafna. Hemm rabata ċara ma’ Socar u ma’ 17 Black u għalhekk il-poplu qed iħallas għall-korruzzjoni b’ingann. Għal dan l-ingann hemm ftit li qed igawdu. “150,000 dollaru fix-xahar iridu jiġu minn x’imkien li mhux ġust.”

Id-deputat Nazzjonalista appellat lill-Awtorità Maltitja tal-Kompetizzjoni u Drittijiet tal-Konsumaturi li għandha tivverifika għaliex in-nies qed iħallsu dawn il-flus. Hi appellat lill-Ombudsman biex ifittex dak li qed iseħħ għaliex qed ibatu l-familji u l-anzjani biex ħaddieħor jieħu 150,000 dollaru fix-xahar.