Il-Kamra tal-Periti, Din l-Art Ħelwa u Flimkien Għal Ambjent Aħjar kellhom jirrikorru l-Qorti sabiex jagħmlu talba b’urġenza wara li sar it-twaqqiegħ tal-bini tas-Sea Malta fil-Marsa.
Fi stqarrija, it-tliet għaqdiet qalu li din is-sitwazzjoni “mhix aċċettabbli”. Huma jridu li d-deċiżjoni tal-Awtorita’ tal-Ippjanar tiġi dikjarata nulla.
Il-każ jidher li se jinstema’ quddiem il-Qorti tliet ijiem oħra.
L-Awtorita’ iddeċidiet li twaqqa’ din l-istruttura fil-Marsa skont il-proċedura imsejjħa “Strutturi Perikolużi”
Kien f’Diċembru li għadda meta l-Kamra tal-Periti akkużat lill-Awtorità tal-Ippjanar li qed taġixxi b’impunità fid-distruzzjoni tal-bini li qabel kien iservi bħala uffiċċji tas-Sea Malta. Dan hekk kif ġie nnutat li x-xogħol tħalla jsir minkejja li jmur kontra l-obbligi legali tal-Awtorità tal-Ippjanar, bil-ġustifikazzjoni tkun li dan hu xogħol ta’ rimedju mhux finanzjarjament vijabbli. Xi ħaġa li l-Kamra tal-Periti tiddeskrivi bħala perikoluża mmens.
//= $special ?>