Futbol Sport TAZZA TAD-DINJA 2018

Radja Nainggolan jitħalla barra mill-iskwadra proviżorja tal-Belġju

Roberto Martinez sejjaħ skwadra proviżorja ta' 28 plejer

Il-kowċ nazzjonali tal-Belġju Roberto Martinez sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 28 plejer għat-Tazza tad-Dinja. Fost l-għażla jispikka n-nuqqas ta’ Radja Nainggolan li saħansitra ma daħlx fl-iskwadra proviżorja.

Il-midfielder ta’ Roma, kellu relazzjoni imħallta mal-kowċ nazzjonali Belġjan. Martinez ħalla lil Nainggolan barra mill-iskwadra darbtejn, iżda kien irritorna għall-aħħar partita ta’ ħbiberija li l-Belġju lagħbet kontra l-Arabja Sawdija.

Iżda, Nainggolan falla l-aħħar sessjoni ta’ taħriġ tal-Belġju mingħajr raġuni, u dan wassal għal spekulazzjoni li seta’ jitħalla barra, minkejja li hu plejer importanti u anki hu popolari man-nies. Neqsin ukoll hemm l-attakkant Divock Origi u l-winger Kevin Mirallas.

Fatt interessanti hu li f’din l-iskwadra, hemm nofs il-plejers li jilagħbu fil-Premier League Ingliż. Il-Belġju tinsab fi Grupp G flimkien mal-Ingilterra, it-Tuneżija u l-Panama.

Skwadra proviżorja

Gowlkipers: Koen Casteels (Wolfsburg), Thibaut Courtois (Chelsea), Simon Mignolet (Liverpool), Matz Sels (Anderlecht)

Difensuri: Dedryck Boyata (Celtic), Laurent Ciman (Montreal Impact), Leander Dendoncker (Anderlecht), Jordan Lukaku (Lazio), Thomas Meunier (PSG), Thomas Vermaelen (Barcelona), Jan Vertonghen (Tottenham), Vincent Kompany (Manchester City), Toby Anderweireld (Tottenham), Christian Kabasele (Watford)

Midfielders: Kevin De Bryune (Manchester City), Mousa Dembele (Tottenham), Youri Tielemans (Monaco), Axel Witsel (Tianjin Quanjian), Yannick Carrasco (Daliang Yifang), Marouane Fellaini (Man United), Nacer Chadli (West Bromwich Albion), Adnan Januzaj (Real Sociedad)

Attakkanti: Michy Batshuayi (Borussia Dortmund), Eden Hazard (Chelsea), Thorgan Hazard (Borussia Monchengladbach), Romelu Lukaku (Manchester United), Dries Mertens (Napoli), Christian Benteke (Crystal Palace)