Ambjent Lokali

RITRATTI: Jibda l-proċess biex jitneħħa l-bastiment Hephaestus

Il-vapur ilu inkaljat mal-kosta 3 xhur

Dalgħodu fil-Qawra ingħata bidu għall-proċess metikoluż li se jwassal biex jitneħħa minn mal-bajja l-vapur li nkalja fl-10 ta’ Frar li għadda.

Il-ħidma qed issir minn Cassar Ship Repair. Fil-post dalgħodu kien hemm numru ta’ ħaddiema li qed jagħmlu x-xogħol preparatorju kollu marbut ma’ din l-operazzjoni.

Il-proċess mistenni jdum għaddej xahar.