Internazzjonali

Terremot ħafif qrib Macerata fl-Italja

Xi skejjel kienu evakwati fir-reġjun Taljan tal-Marche wara terremot ħafif matul il-ġurnata tat-Tnejn. Terremot li kellu l-qawwa ta 3.8 fuq l-Iskala Richter u kellu l-epiċentru qrib Muccia ħdejn Macerata. Ma kienx hemm rapporti ta’ ħsarat kbar u lanqas ma kien hemm vittmi. Ftit wara l-ewwel skoss kien hemm sensiela ta’ theżżiżiet oħra tal-qawwa bejn 1.1 u 2.1 fuq l-Iskala Richter.