Tfajla ta’ 21 sena residenti San Ġwann qed issofri feriti gravi wara inċident f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-23.30 fl-inħawi magħrufa bħala Għar Ħanżir, f’Wied il-Kbir. Fi stqarrija l-pulizija qalu li l-inċident seħħ wara li vettura tat-tip Mitsubishi L200 spiċċat waqgħet fil-Wied.
Il-karozza kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 23 sena residenti l-Mosta fejn tilef il-kontroll tal-vettura, miegħu kellu żagħżugħ ieħor ta’ 22 sena residenti l-Munxar, u żewġ tfajliet oħra ta’ 21 sena residenti l-Iklin u San Ġwann.
Minħabba s-sitwazzjoni, issejħu wkoll membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku fejn marru mill-ewwel fuq il-post biex jassistu lill-vittmi. Iż-żewġ tfajliet ittieħdu l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. Aktar tard it-tfajla li hi residenti l-Iklin ġiet iċċertifikata li ma sofriet l-ebda feriti iżda t-tfajla minn San Ġwann ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri feriti ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>