Lokali

Titfakkar il-memorja ta’ Christa waqt Miss World Malta

Ritratti: Mark Soler

Waqt is-serata ta’ Miss World Malta li saret fi tmiem il-ġimgħa, l-organizzaturi fakkru l-memorja tal-mudella Christa Formosa, li mietet f’inċident tat-traffiku f’Burmarrad xahrejn ilu.

It-tfajla kellha 23 sena u kienet maħbuba minn bosta.

Is-sena li għaddiet, Christa kienet ħadet sehem f’Miss Universe Malta, fejn f’filmat ta’ żewġ minuti tkellmet dwar il-passjoni tagħha taż-żfin u anke d-doqq il-pjanu. Madanakollu, f’messaġġ personali minnha qalet li kieku kellha tirbaħ il-kompetizzjoni kienet tgħin lil tfajliet oħra li ma tantx ikunu jemmnu fihom infushom, filwaqt li saħqet li s-sbuħija hi fuq ġewwa.

Apparti li kienet mudella, Christa kienet ukoll social worker fit-taqsima tal-fostering. Sena ilu, hi kienet kuntenta li lestiet it-teżi tagħha, dwar it-tfal u meta dawn ikollhom il-ġenituri tagħhom ibatu f’xi kundizzjoni ta’ saħħa mentali.

Ritratt: Mark Soler