Is-Sibt li għadda, tlett atleti Maltin kellhom prestazzjoni tajba fil-ħdax-il edizzjoni tal-‘Vladan Milhajovic Tournament’ ġewwa s-Serbia, fejn kisbu żewġ medalji tad-Deheb u oħra tal-Fidda għal pajiżna.
It-team iffurmat minn Yazmin Zammit Stevens, Elisia Scicluna u Vlad Baldacchino kkompetew kontra atleti minn Serbia, Bosnia, Spanja, Bulgarija, Georgia, Slovenja u Rumanija.
Scicluna (-90kgs) temmet il-kompetizzjoni tagħha b’72kg snatch u 92kg clean and jerk li ghalkemm ma kienx l-aħjar total tal-atleta xorta rnexxiela ggib d-deheb fil-kategorija taghha. Ricentament, Scicluna kienet qiegħda ssofri minn injury zghir u ghaldaqstant kien ghaqli minn naha taghha li ma tirriskjax b’pizijiet għola.
Zammit Stevens (-75kg) kisbet ukoll d-deheb għal Malta fil-kategorija tagħha. Minkejja l-atleta ntiżnet l-eħfef (69.7kg), hi rnexxiela tgħaddi lill-kompetituri taghha b’80kgs snatch u 99kg clean and jerk, b’total ta’ 179kg, u b’hekk tikser rekord nazzjonali ieħor. Yazmin qiegħda waqt il-preparazzjoni tagħha għal-loghob Mediterranji li ser iseħħu f’ Tarragona, f’Ġunju li ġej.
Fil-grupp ta’ l-irgiel, Vlad Baldacchino (-94kg) kellhu prestazzjoni eċċelenti, fejn kiser għal darb’oħra r-rekord nazzjonali tiegħu stess b’128kg snatch u żied b’6 kilos fuq il-clean and jerk b’158kg.
It-total ta’ 286kg kien ukoll rekord nazzjonali ghal atleta, liem total assigura l-Fidda ghal Malta f’din il-kategorija. B’dan ir-riżultat, Baldacchino wera’ li jinsab lest ghal preparazzjoni tajba sabiex jkun jista’ jikkompeti fil-kampjonati Ewropej ta’ taħt it- 23 sena.
Jesmond Caruana, President tal-Għaqda Maltija tal-weightlifting mexxa lil-tim Malti għal dan is-suċċess f`din il kompetizzjoni ta importanza kbira peress li l-istess riżultati jigu imdahlin fir-ranking mondjali tal IWF. Caruana intagħżel ukoll President tal-ġurija waqt listess kompetizzjoni.
Il-ġimgħa li ġejja, Zammit Stevens ser tkun qieghda tattendi kamp tat-tahrig ghal tlett gimghat f’ Ruma flimkien mat-tijm nazzjonali Taljan. L-atleta ser tkun tigi osspitata gewwa l-venju Olimpiku Nazzjonali f’Ruma, dan ukoll parti mill-preparazzjoni taghha ghall-loghob Mediterranji.
Nhar il-Ħadd 27 ta Mejju, għal darb’ohra l-Assocjazzjoni Maltija ser tkun qieghda torganizza l-kompetizzjoni nternazzjonali flimkien ma dik anwali tal-‘Malta Open’ fil-kumpless sportiv tal-Kottonera. F`din il kompetizzjoni skwadra Maltija iffurmata minn żewġ nisa u zewg irgiel ser tkun qed tikompeti kontra Italja, Ingilterra, Spanja u Franza. Kompetizzjoni tibda 10.00. Kulhadd huwa mistiden u dhul huwa b`xejn.
//= $special ?>