F’dawn il-jiem il-bdiewa qed jikkonkludu l-proċess tal-ġbir tal-patata Maltija biex apparti s-suq lokali, ifornu s-swieq barranin li ta’ kull sena jkunu qed jistennew il-kwalità li joffri l-prodott Malti.
Kif jispjega ma’ Net News Michael Caruana, din kienet sena pjuttost tajba, għalkemm il-bidu deher li seta’ joffri sfida. Il-bidla fit-temp saħansitra wasslet biex inbidel iż-żmien tal-proċess tal-patata.
Illum-il ġurnata l-patata tinżera’ għal nofs Novembru, bil-proċess li skont it-temp saħansitra kapaċi jibqa’ għaddej sa Diċembru jew Jannar waqt li l-prodott jibda jinqala’ f’April.
//= $special ?>







