Lokali Parlament

Ebda azzjoni mill-Ispeaker dwar artiklu ta’ Chris Fearne…Simon Busuttil kkwotat ħażin fuq l-IVF

L-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia mhux se jieħu passi kontra d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne dwar artiklu li fih ikkwota lid-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil b’mod skorrett dwar diskors li hu għamel fuq l-IVF.

L-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia ta ruling fuq talba ta’ Simon Busuttil li fih iddikjara li meta Simon Busuttil qal id-diskors fil-parlament hu kien qed jirriferi għall-argument tas-surrogazzjoni u ma kinx qed jgħid li kien kontra l-IVF anki hu favur il-liġi tal-IVF tal-2012.

L-Isepaker għamel riferenza għal partijiet mill-artiklu tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u sostna li meta Chris Fearne kien qed jirriferi għal dak li qal Simon Busuttil, Chris Fearne kien qed jagħmel riferenza għal dak li qal Simon Busuttil dwar l-IVF fil-kuntest tax-xjenza kontemporanja.

Anġlu Farrugia kkonkluda li la darba l-Ministru Chris Fearne ma kinx qed jikkwota lil Simon Busuttil, il-kumment ta’ Chris Fearne hu kumment politiku u ma jħossx li għandu jieħu azzjoni dwaru.