Lokali Mużika

Emma tisma l-vuċi ta’ missierha u tinfaqa’ tibki

Sorpriża għall-kantanta Maltija hekk kif riesqa lejn il-qofol tal-esperjenza tagħha fl-Italja

“Sejra tajjeb ħafna, u qed tkun eċċezzjonali. Trid tibqa’ b’saħħtek.”

Kien dan il-messaġġ li għadda missier Emma Muscat ftit tal-jiem biss qabel issir is-serata ta’ qabel tal-aħħar tal-programm Amici – kompetizzjoni ta’ kant u żfin li tixxandar fuq Canale 5.

It-telefonata ta’ missier Emma saret b’sorpriża għall-kantanta Maltija. Tant illi hi mal-ewwel infaqgħet tibki malli semgħet il-vuċi tiegħu.

U qalilha ukoll li persuna jrid ikollu karattur b’saħħtu biex jibqa’ għaddej b’din l-esperjenza barra l-pajjiż kif għamlet hi.