Il-Ministru tal-Ambjent Jose Herrera ma ra xejn ħażin li, erba’ ġimgħat qabel l-elezzjoni, meta l-Parlament kien xolt u meta l-Gvern kien qiegħed biss jaqdi l-funzjoni ta’ caretaker government, l-Ministeru tal-Ambjent ħa deċiżjonijiet biex jiżdiedu l-ħaddiema fil-Wasteserv.
Dan ħareġ nhar it-Tlieta filgħaxija waqt ix-xhieda tal-istess Ministru matul il-laqgħa tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi li matulha kienet qed tiġi diskussa t-talba tal-Membri tal-Oppożizzjoni għal investigazzjoni dwar is-itwazzjoni tal-ingaġġ ta’ ħaddiema fil-Wasteserv u t-talba tal-Membri tal-Gvern li l-perjodu taħt investigazzjoni jibda minn Jannar 2016.
Iċ-Chairman tal-Kumitat Beppe Fenech Adami fakkar li bejn l-1 ta’ Mejju minn meta ssejħet l-elezzjoni u t-3 ta’ Ġunju kienu impjegati 134 ħaddiem ġdid fil-Wasteserv.Il-Ministru Jose Herrera qal li l-liġi tippermetti li l-Wasteserv tagħti kuntratti ta’ servizzi u għaldaqstant huwa ħass li seta’ jsir dan l-ingaġġ minkejja li l-elezzjoni kienet biss erba’ ġimgħat ’il bogħod.Huwa ġġustifika dan il-pass billi sostna li l-ħaddiema intużaw għal skop tajjeb fosthom għat-tindif tal-bajjiet u l-widien bid-Deputat Jason Azzopardi jisħaq li ħadd ma hu jiddibbatti l-użu tajjeb tal-ħaddiema imma ż-żmien sensittiv meta l-liġi tgħid b’mod ċar li dak iż-żmien ma għandux isir ingaġġ ta’ ħaddiema.
Il-kumitat kien aġġornat għal nhar it-Tlieta 29 ta’ Mejju fl-4.30pm.
//= $special ?>