Edukazzjoni Lokali

Konfermat li kien hemm żball fl-‘O’ Level tat-Taljan

L-SDM tagħmel pressjoni biex l-istudenti jkunu kompensati

L-istudenti li poġġew għall-‘O’ Level tat-Taljan sabu ma wiċċjom domanda li totalment ma kinitx fis-sillabu tagħhom. Dan kien konfermat minn uffiċjal tal-MATSEC f’email li intbgħatet lill-għaqda Studenti Demokristjani Maltin (SDM).

L-SDM kienet minn ta’ quddiem sabiex inġibdet l-attenzjoni lill-Bord tal-MATSEC dwar din il-problema li iffaċjaw l-istudenti li għamlu l-eżami tat-Taljan.

Il-MATSEC qed jgħid li dan l-iżball jammonta għal 1% tal-marki totali li kien hemm fil-karta.

Ġie assigurat li l-istudenti mhux se jkunu penalizzati.