Ekonomija Lokali

L-għoli tal-ħajja qed ikompli jinħass

Ċifri tal-NSO jikkonfermaw dak li qed iħossu l-ħaddiema u l-familji

Ċifri ppublikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jikkonfermaw illi prodotti bażiċi bħall-ikel u x-xorb, u l-piżijiet ta’ spejjes relatati mas-saħħa qed ikomplu jiżdiedu. Dan skont l-aħħar statistika li ħarġet għal April 2018, fejn ġie reġistrata żieda minima fl-inflazzjoni.

L-għoli tal-ħajja qed tinħass sew f’diversi oqsma tal-ħajja li jmissu magħhom ta’ kull jum kemm il-ħaddiema kif ukoll l-anzjani u l-pensjonanti.

L-akbar żieda kienet reġistrata fil-prezzijiet tal-ikel li nixtru, u prodotti oħra essenzjali bħall-kura personali.

L-NSO jikkonferma li kien hemm żieda fil-prezzijiet tal-apparat domestiku, żieda fil-kura u l-manteniment tad-djar, żieda fi spejjes ta’ housing u kirjiet, u anke żidiet fil-gass, fuels u kontijiet tad-dawl u l-ilma.

L-istess ċifri juru li kien hemm roħs fil-prezz taż-żraben u l-ħwejjeġ.