Futbol Sport TAZZA TAD-DINJA 2018

Lopetegui jġedded il-kuntratt ma’ Spanja

Julen Lopetegui

Il-kowċ nazzjonali ta’ Spanja Julen Lopetegui ġedded il-kuntratt tiegħu biex b’hekk se jibqa’ jmexxi lit-tim sal-2020. Fis-sajf tal-2016 Lopetegui nħatar kowċ ta’ Spanja wara li kien irtira Vicente Del Bosque.

Fl-ewwel 18-il logħba li mexxa lil Spanja dawn ma tilfux logħba hekk kif rebħu 13 u ġew draw ħamsa. Fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu qed jilagħbu fit-Tazza tad-Dinja.