Internazzjonali

SENA ILU: 22 persuna maqtula fit-22 ta’ Mejju

L-attakk suwiċida f'Manchester kien l-ewwel attakk terroristiku fi 12-il sena

It-22 ta’ Mejju 2017 tibqa’ imniżżla fl-istorja tar-Renju Unit bħala ġurnata sewda li fiha inqatlu xejn anqas minn 22 persuna f’attakk suwiċida barra l-Manchester Arena – attakk li kien pjanat minn persuna li sploda lilu nnifsu eżatt wara l-kunċert ta’ Ariana Grande.

139 persuna kienu ndarbu serjament. Nofshom kienu tfal.

L-attakk sar minn Salman Ramadan Abedi, żagħżugħ ta’ 21 sena li kien irritorna mil-Libja ftit taż-żmien qabel.

L-edizzjoni tal-lum tal-ġurnal Manchester Evening News iddedikat il-faċċata tagħha b’tislima xierqa lejn il-memorja tal-vittmi li inqatlu f’dan l-attakk suwiċida.