L-attakkant Harry Kane se jkun il-captain tat-tim nazzjonali Ingliż waqt it-Tazza tad-Dinja. Dan ħabbru l-kowċ nazzjonali Gareth Southgate fejn spjega li Kane hu wieħed mill-aktar plejers importanti tat-tim li matul dawn l-aħħar snin kellu wirjiet pożittivi.
Dan l-istaġun Kane temm bħala t-tieni l-aqwa skorer fil-kampjonat Ingliż bi 30 gowl filwaqt li matul l-istaġun skurja total ta’ 41 gowl.
L-ewwel darba li Kane libes il-faxxa ta’ captain tal-Ingilterra kien sena ilu waqt partita tal-fażi ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Iskozja.
Ta’ min jiftakar li Kane ġie vvutat bħala l-aqwa plejer tat-tim nazzjonali Ingliż għas-sena 2017.
//= $special ?>