Lokali

FILMAT: Tmut il-mara ta’ Pawlu l-Pampalun

Dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ Doris Curmi, il-mara ta’ Pawlu Curmi l-Pampalun.

Il-mewt tagħha waslet għal mewġa ta’ messaġġ ta’ solidarjeta’ indirizzati lejn Pawlu Curmi, li b’mod partikolari waslu mingħand nies mill-Belt u persuni li jaħdmu fil-Karnival.

Għalkemm Doris kienet kontinwament tħeġġeġ li żewġha biex inaqqas mill-karnival, dan kien jgħidilha ċar li hu jrid imut fil-Karnival. Pawlu kien dejjem iġorr miegħu ritratt ta’ Doris fil-but kull fejn imur.

Dan ir-ritratt (fuq) meħud mill-ktieb ta’ Sergio Grech, li hu l-bijografija ta’ Pawlu Curmi, huwa propju r-ritratt li l-Pampalun iżomm fil-kartiera tiegħu.

(Filmat: Reel8 Productions)