– Robert Cutajar, PN
Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar żvela dubji u dettalji ġodda dwar il-pjanti u l-firem li hemm fi Transport Malta fil-każ tal-iskandlu tal-by-pass tal-Mellieħa.
Meta kien qed jitkellem fil-parlament dwar it-twaqqif tal-aġenzija tta-toroq, id-deputat Nazzjonalista qal li l-Ministru Ian Borg ċaħad li għandu petizzjoni quddiemu. Robert Cutajar poġġa fuq il-mejda tal-Kamra l-petizzjoni dwar il-by-pass tal-Mellieħa li fiha 3,800 firma u li ntbagħtet lil diversi politiċi, inkluż il-Ministru Ian Borg.
Hu qal li dan hu skandlu li fih inbidlet il-policy u staqsa jekk l-erba’ karreġġjati u l-karreġġjata għaċ-ċiklisti fil-by-pass tal-Mellieħa humiex tal-livell aċċettabbli. Parti mill-by-pass insterqet biex ikunu aġevolati l-ftit. Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa hu kompliċi flimkien mal-MEPA u Transport Malta f’dan l-iskandlu.
Fuq il-pjanti tal-porġett hemm isem perit u diżinjatur partikolari iżda fuq il-pjanti depożitati fi Transport Malta bl-istess data u sena (16 ta’ Lulju 2014) hemm firem oħra. Pjanta oħra simili fl-istess ġurnata iġġib il-firma ta’ perit differenti. Hu staqsa jekk din qattx ġrat fi Transport Malta. Il-pjanti huma simili b’firem differnti fl-istess ġurnata, xahar u sena. Il-Ministru Ian Borg m’għandux jaħrab mir-responsabbiltà għaliex jirriżulta li hemm problemi kbar fil-by-pass tal-Mellieħa għaliex mhux se jkun possibbli li jsiru erba’ karreġġjati.
Mhux veru li l-pjanti saru meta tressqet il-mistoqsija parlamentari; m’hemm l-ebda pjanti ġodda ħlief għall-firma tal-perit biex issa hemm żewġ firem fuq il-pjanti. Kif jista’ jkollna fiduċja fil-gvern meta kull fejn imiss joħoq id-dubji?
Robert Cutajar qal li l-kunsilli lokali għandhom dubju kbar dwar il-konsultazzjoni li l-gvern qed iwiegħed. L-ebda knsill lokali ma kienx ikkonsultat dwar dan l-abbozz, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li saret biss laqgħa għas-sindki f’Għawdex iżda din ma tissejjaħx konusltazzjoni. L-ebda kunsill lokali ma ngħata lista ta’ toroq li se jsiru.
Il-PL qatt ma kien favur il-kunsilli lokali, sostna Robert Cutajar, li spjega kif il-gvern tilef fondi mill-UE fil-proġett ta’ Triq il-Kosta. Il-Gvern ma jistax ikun fdat b’din il-liġi. 90% tat-toroq li saru fl-aħħar ħames snin ingħataw b’direct order.
Robert Cutajar qal li l-bord tal-aġenzija se jaħtru kollu l-ministru meta l-PL kien wiegħed li l-bordijiet tal-awrtoritajiet se jinħatru b’sejħiet pubbliċi. Iċ-Chairman u d-Deputat Chairman tal-aġenzija se jkollhom l-istess poteri.
Id-deputat Nazzjonalista semma’ t-toroq li wettaq gvern Nazzjonalista u sostna li bejn l-2008 u l-2013 saru 17-il kilometru ta’ toroq arterjali. F’toroq residenzjali, il-gvern tal-PN għamel 450 triq waqt li 14 u 29 triq kienu mibdija lejn tmiem l-2012. F’Ħad Dingli, b’Ian Borg bħala sindku, ibbenefika €300,000 mill-private public partnership iżda s’issa bħala ministru, Ian Borg qed jikkritika lill-istess skema. Gvern Nazzjonalista qatt ma naqqas ir-responsabbiltà tal-kunsilli lokali.
Triq il-Kosta u l-Kappara Junction saru mill-fondi li ġab Gvern Nazzjonalista mill-UE; li kellu ideat u viżjoni.
Robert Cutajar kompla li numru ta’ toroq residenzjali li ma sarux huma responsabbiltà li jsiru mill-Gvern Ċentrali għaliex il-gvern qed jagħti l-impressjoni li dawn se jsiru mill-aġenzija.
Robert Cutajar semma’ l-Pont ta’ Selmun fil-Mistra fejn il-Ministru Joe Mizzi kien qal li m’hemmx urġenza iżda issa l-Ministru Ian Borg qed jgħid li hemm urġenza. L-aġenzija se titlaq fuq pass falz għaliex il-gvern mhux qed jgħid il-verità. Meta Transport Malta kienet taħdem kif suppost ma kinx ikun hemm dawn il-problemi, sostna Robert Cutajar, li kompla li Gvernijiet Nazzjonalista ksew lil Għawdex bit-tarmac.
//= $special ?>