35 klabb tal-futbol fl-Ukrajna ġew akkużati li ħadu sehem f’sistema organizzata b’sehem dirett fl-irranġar tal-logħob.
Igor Kupranets, uffiċjal għoli tal-Pulizija fl-Ukrajna kkummenta mal-ġurnalisti li żewġ terzi mill-klabbs fl-ogħla diviżjonijiet fil-pajjiz kienu involuti. Madankollu ma kien hemm ebda akkuża kontra ċ-Champions Dynamo Kyiv u Shakhtar Donetsk.
Jidher li fis-sistema biex isir tbagħbis f’għadd ta’ partiti, kien hemm involuti Presidenti ta’ klabbs, plejers li għadhom jilagħbu u oħrajn li rtiraw, kowċis, referees u ditti b’interess kummerċjali fil-klabbs.
Waqt l-istess laqgħa mal-ġurnalisti, filwaqt li tħabbru liema huma l-klabbs, intwerew filmati kif dawk li qed ikunu investigati għaddew saħansitra flus lil xulxin.
Ingħataw ukoll dettalji li d-dħul minn kull partita rranġata, kien ikun bejn l-$10,000 u l-$100,000 filwaqt li tixħim lill-plejers jew inkella referees kien ivarja bejn 1,100 dollaru u 3,700 dollaru.
Ironikament din l-aħbar li xxukkjat il-futbol fl-Ewropa ħarġet biss tilet ijiem qabel il-finali taċ-Champions League meta f’Kiev jiltaqgħu Real Madrid u Liverpool.
//= $special ?>