L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) ħabbret li kienet qed tħaffef l-isforzi f’disa’ pajjiżi ġirien tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo biex trażżan li l-marda tal-Ebola tinfirex lil hinn mill-fruntieri tal-Kongo.
Il-WHO qalet li l-prijorità kienet ir-Repubblika Ċentrali Afrikana u r-Repubblika tal-Kongo.
Moeti qal li l-pajjiżi l-oħra huma l-Angola, il-Burundi, ir-Rwanda, in-Nofsinhar tas-Su-dan, it-Tanzanija u z-Zambja.
Fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo bdiet kampanja ta’ tilqim fi tliet zoni affettwati mill-aħħar epidemija tal-Ebola fost rapporti li infermiera mietet mill-marda fil-belt rurali ta’ Bikoro – il-post proprju fejn feġġet l-epidemija.
Hemm tħassib partikolari għas-sitwazzjoni f’Mbandaka – fejn infirxet l-Ebola. Hemmhekk jgħixu maż-żewġ miljun persuna. Mbandaka hi ċ-ċentru ewlieni fil-pajjiż
Disa’ pajjiżi f’ħidma kontra l-Ebola


