Ikompli jikber id-dubju kemm se jsir is-summit tant mistenni bejn il-President Amerikan Donald Trump u l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un.
Dan is-summt kellu jsir fit-12 ta’Ġunju f’Singapore, imma issa nxteħet f’dubju. Dan wara kummenti ta’ uffiċjali għolja fl-amministrazzjoni ta’ Trump dwar Kim li l-Korea ta’ Fuq tista’ tispiċċa fl-istess sitwazzjoni tal-Libja jekk ma tagħmilx dak li trid l-Istati Uniti. Ir-reġim ta’ Pyongyang qal li s-summit jista’ ma jsirx ukoll jekk l-Istati Uniti tkompli tinsisti li tkun il-Korea ta’ Fuq biss li tneħħi l-armi nukleari.
Kien l-istess Trump li lissen li hemm possibbiltà li s-summit jiġi pospost wara laqgħa li kellu mal-President tal-Korea t’Isfel, Moon Jae-in. Min-naħa l-oħra, Mike Pompeo, is-Segretarju tal-Istat Amerikan, qal li l-ħidma kienet mixja ’l quddiem bl-iskop li s-summit isir fid-data stabbilita.
Dubji dwar is-summit bejn Trump u Kim


