– David Stellini, PN
Id-deputat Nazzjonalista David Stellini appella lill-Gvern jieħu ħsieb iċ-ċittadini Maltin li jgħixu fir-Renju Unit minħabba Brexit.
Fl-Aġġornament David Stellini qal li minn stħarriġ tal-opinjoni pubblika, jirriżulta li 93% tal-Maltin jemmnu li l-UE kienet ta’ ġid meta l-medja hi ta’ 66% fl-UE. Hu qal li bħalissa fi Burssell, il-mexxejja Ewropej qed isegwu s-sitwazzjoni politika fl-Italja. David Stellini tkellem dwar it-trattattvi bejn ir-Renju Unit u l-UE dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.
Hu qal li r-Renju Unit qed jipprova jġiegħel lill-UE taċċetta l-moviment ħieles tas-servizzi iżda l-UE jidher li qed toponi. Jirriżulta li l-korpi Maltin qed isegwu tajjeb u mill-qrib dak li qed iseħħ biex jaġixxu.
Hu appella lill-Gvern biex jagħmel pressjoni fuq l-UE biex jiżdied il-perjodu ta’ transizzjoni li bħalissa hu minn Marzu 2019 sa Diċembru 2020. Dan bl-iskop li n-negozju jkollhom iktar ċans jadattaw għal dawn iċ-ċirkostanzi ġodda.
Dan minħabba li l-valur tal-Isterlina jista’ jonqos fil-konfront tal-ewro.
David Stellini appella lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin biex jieħu ħsieb iċ-ċittadini Maltin li jgħixu fir-Renju Unit minħabba li dawn mħux se jibqgħalhom id-dritt li jibqgħu jigħixu fir-Renju Unit. Jidher li hmem madwar 33,000 Malti f’din is-siwtazzjoni, li issa jridu jirreġistraw mal-gvern Ingliż.
David Stellini appella biex il-Gvern jagħmel pressjoni fuq l-UE biex jiżdied il-perjodu ta’ transizzjoni li bħalissa hu minn Marzu 2019 sa Diċembru 2020. Dan bl-iskop li n-neogzju jkollhom iktar ċans jadattaw għal dawn iċ-ċirkostanzi ġodda. Dan minħabba li l-valur tal-Isterlina jista’ jonqos fil-konfront tal-ewro.
//= $special ?>