– Marthese Portelli, PN
Id-deputat Nazzjonalista Marthese Portelli sostniet li l-kunsilli lokali għandu jkollhom rwol ċentrali dwar liema toroq isiru għaliex hu inaċċettabbli li l-kunsilli lokali jkunu informati biss u ma jkunux konsultati verament. L-aġenzija dwar it-toroq għandha tuża’ r-riżorsi li għandhom l-esperjenza ta’ xogħol fi Transport Malta u ma tkunx mimlija biss b’nies tal-gvern.
Fil-parlament Marthese Portelli qalet li din hi opportunità tad-deheb biex uħud mill-problemi tal-pajjiż ikunu indirizzati; jekk il-liġi titħaddem tajjeb. L-evalwazzjoni ta’ liema toroq isiru tri issir skont il-ħti;ijiet nazzjonali mhux skont aspetti partiġġjani.
Jekk l-aġenzija titħaddem tajjeb, din toffri koordinament aħjar fit-toroq biex l-inkonvinjenti li jesperjenza l-poplu jonqsu. Jekk il-liġi titħaddem tajjeb, se jkun hemm iktar kjarezza għaċ-ċittadin dwar min hu responsabbli għat-toroq bejn il-gvern u l-kunsilli lokali.
L-aġenzija għandha tuża r-riżorsi li għandhom l-esperjenza ta’ xogħol fi Transport Malta, sostniet Marthese Portelli, li appellat biex l-aġenzija ma tkunx mimlija biss b’nies tal-gvern. Il-kunsilli lokali għandu jkollhom rwol ċentrali dwar liema toroq isiru għaliex hu inaċċettabbli li l-kunsilli lokali jkunu informati biss u ma jkunux konsultati verament. L-aġenzija għandu jkollha policy ċara u linji gwida.
Dwar il-kuntratturi Maltin, Marthese Portelli qalet li l-aġenzija għandha toffri l-istess opportunitajiet lill-kuntratturi kollha. Ma rridx nara direct orders ħerġin mill-aġenzija, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li qalet li din l-aġenzija għandha toħroġ frame-work agreements biex il-kuntratturi kollha jkollhom jaħdmu fuq il-proġetti skont il-kapċità tagħhom.
Meta tkellmet dwar kumpaniji barranin, hi sosniet li m’għandhiex problema li jiġu kumpaniji barranin jaħdmu f’Malta idża dawn m’għandhoxm ikunu trattati aħjar mill-kumpaniji Maltin. Il-ħsieb tal-gvern għandu jkun li jkompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-Malitn u jekk jiġu kuntratturi barranin iridu jinkludu lill-kuntratturi Maltin. Kull min jitfa l-offerti għall-proġetti għandu jkollhom l-involviment tal-kuntratturi Maltin.
Marthese Portelli qalet li m’għandhiex tinħoloq inġustizzja biex il-ħaddiema Maltin jew barranin ma jkunux abbużati. Dan jista’ jwassal biex ma jkunx hemm inġustizzji fil-konfront tal-kuntratturi Matin. L-aġenzija għandha tevalwa sew jekk għandhix tibqa’ tattwa l-irħas offerta.
Marthese Portelli tkellmet dwar Għawdex u sostniet li Għawdex għandu jingħata prijorità. Hi semmiet il-proposti li ressaq il-PN u appellat biex l-aġenzija tikkunsidra dawn il-proposti fosthom dwar l-użu tat-teknoloġija. Marthese Portelli staqsiet kemm se jkollha ħaddiema, meta se tibda topera u li s-€700 miljun se jintużaw għat-toroq.
//= $special ?>