B’36 vot vot favur u 29 vot kontra l-parlament ivvota favur il-liġi kontroversjali dwar l-embrijuni.
Dan il-vot ittieħed illum fis-7pm.
Din il-liġi kienet waħda kontroversjali li fiha l-Oppożizzjoni espremiet pożizzjoni favur l-IVF iżda oġġezzjonat għal diversi partijiet minnha li minflok se tiddefendi lill-embrijun se tkun qed tpoġġi lill-embrijun fil-friża. Dan filwaqt li toħloq diversi problemi fs-soċjetà.
Aspett importanti fid-diskussjoni dwar din il-liġi kien dwar meta tibda l-ħajja. Filwaqt li l-Oppożizzjoni kienet ċara li l-ħajja tibda mal-konċepiment, il-Gvern sab problema biex jagħmel dikjarazzjoni simili anzi l-Gvern iddikjara li l-embrijun hu biss tmien ċelloli u li l-embrijun mhux ħajja umana.
//= $special ?>