Lokali Parlament

Il-poplu jixraqlu trasport pubbliku effiċjenti…żdied biss is-sussidju


– Toni Bezzina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina appella biex il-gvern jaħdem biex il-poplu jkollu servizz ta’ trasport pubbliku effiċjenti.

Fl-Aġġornament Toni Bezzina qal li fit-toroq hawn konġestjoni kbira u sostna li biex tittaffa din il-problema l-pajjiż iri d ikollu trasport pubbliku effiċjenti, vijabbli u affidabbli. Il-poplu kien qed jistenena li wara l-elezzjoni, t-trasport pubbliku jkun aħjar iżda ogħla bss is-sussidju – minn €9 miljuni għal €30 miljun. Żdiedu wkoll in-nollijiet li minnhom gawdiet biss il-kumpanija. Ix-xufiera ma gawdew għax qed jitilqu tant li llum hemm 38 nazzjonalità differenti ta’ xufiera.

Id-deputat Nazzjonalista qal li s-servizzi tat-trasport pubbliku mhux effiċjenti tant li l-pubbliku qed jonqos milli jużah. Hemm nuqqas ta’ koordinament dwar kif isiru ċertu rotot waqt li r-rotot tal-aħħar ħinijiet qed jinqabżu.