Lokali

Jason Micallef mill-ġdid fi ġlieda mal-Bank Ċentrali u l-Maltapost

Iċ-Chairman tal-V18 Jason Micallef mill-ġdid jinsab f’nofs kontroversja u ġlieda oħra. Din id-darba Jason Micallef jinsab fi ġlieda mal-Bank Ċentral ta’ Malta u mal-Maltapost wara li dawn fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura ħarġu sett ta’ muniti u bolol kommemorattivi.

Fi stqarrija li saret it-tnedija ta’ dawn is-settijiet, il-Fondazzjoni mmexxijja minn Jason Micallef ilmentat għax ma ntalbitx l-awtorizzazzjoni ta’ Jason Micallef għall-istampar ta’ dan is-sett ta’ bolol u l-produzzjoni tal-muniti.

Il-Fondazzjoni mmexxijja minn Jason Micallef fl-istqarrija saħansitra thedded lil dawn iż-żewġ istituzzjonijiet dwar azzjoni legali fil-konfront tagħhom.

Din hija waħda minn sensiela ta’ argumenti li Jason Micallef għandu f’dan is-settur fl-eqqel taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Valletta 2018.