Numru ta’ kuntratturi Maltin jinsabu irrabjati ferm għall-mod kif ingħata t-tender tal-proġett tal-Marsa lil kumpanija Torka. Dan jirriżulta minn sorsi illi tkellmu mal-ġurnal Times of Malta.
Jidher illi l-kumpanija Torka Ayhanlar ingħatat il-kuntratt tax-xogħol għall-valur ta’ kważi 39 miljun ewro – nofs miljun orħos mill-kuntratturi Maltin.
Skont il-konsorzju Malti Trinità JV, il-kumpanija Torka ma ssottomettietx samples tal-materjal meta preżentat it-tender, u m’għandiex l-impjanti tal-konkos u l-asfalt f’Malta. L-istess sorsi tat-Times qal illi ma jistgħux jifhmu kif il-Gvern ta dan il-kuntratt lil “xi ħadd li ma jafux”, minflok ta x-xogħol lil Maltin.
“Xi ħadd jaf għandu interess f’dan kollu”, qalu s-sorsi tat-Times.
Trinità JV trid li t-tender jiġi skwalifikat, u qed tagħmel pressjoni fuq id-Dipartiment tal-Kuntratti biex jinvestiga dawn il-fatti.
Il-proġett hu finanzjat mill-Unjoni Ewropea.
//= $special ?>