Il-President ta’ Napoli Aurelio de Laurentis ħabbar uffiċjalment fuq twitter li Maurizio Sarri spiċċa minn kowċ ta’ Napoli. Dan wara li llum ħarġet l-aħbar li Napoli prattikament ikkonkludew in-negozjati biex Carlo Ancelotti jsir il-kowċ tagħhom mill-istaġun li ġej.
Sarri mexxa lil Napoli għal tliet staġun u wassal lit-tim darbtejn fit-tieni post u darba fit-tielet post, biex b’hekk Napoli dejjem daħlu fiċ-Champions League taħt it-tmexxija tal-kowċ ta’ 59 sena. Fost it-timijiet li Sarri jista’ jmexxi fil-futur, hemm Chelsea.
Hu mifhum li Ancelotti ftiehem fuq kuntratt ta’ sentejn b’għażla għat-tielet sena, b’salarju ta’ €6.5 miljun. Ancelotti beda dan l-istaġun ma’ Bayern Munich iżda tkeċċa wara ftit partiti.
//= $special ?>