Il-gowlkiper numru wieħed tat-tim nazzjonali Arġentin Sergio Romero se jitlef it-Tazza tad-Dinja minħabba li jrid jagħmel operazzjoni fl-irkoppa. Romero li għandu 31 sena, lagħab 94 logħba ma’ pajjiżu u kien fil-lasta fil-finali tal-aħħar edizzjoni, bl-Arġentina titlef 1-0 kontra l-Ġermanja.
Il-gowlkipers ta’ Chelsea Willy Caballero u Franco Armani ta’ River Plate huma ż-żewġ gowlkipers l-oħra fl-iskwadra. Caballero lagħab biss żewġ logħbiet filwaqt li Armani għadu qatt ma lagħab mat-tim nazzjonali. Il-gowlkiper ta’ Tigres Nahuel Guzman issejjaħ bħala s-sostitut ta’ Romero.
L-Assoċjazzjoni tal-Futbol fl-Arġentina qalet li Romero se jkun operat fl-irkoppa leminija. L-Arġentina tibda l-impenji tagħha fit-Tazza tad-Dinja kontra l-Iżlanda fis-16 ta’ Ġunju qabel ma’ tilgħab iż-żewġ logħbiet l-oħra fi Grupp D kontra l-Kroazja u n-Niġerja.
//= $special ?>