Lokali

AĠĠORNATA: Splużjoni fil-Għargħur; tal-anqas persuna midruba

Sekwestrati numru ta' mobiles

Għall-ħabta tat-3pm splużjoni qawwija heżżet il-Għargħur, kaġun ta’ bomba li tpoġġiet ma’ bieb ta’ razzett.

L-Isplużjoni seħħet fi Triq l-Isqof Gargallo. Net News hu nfurmat li raġel weġġa’ f’din l-isplużjoni, bil-vittma jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei. Sorsi mill-isptar qalulna li mal-ewwel kellu jsir intervent mediku fuq ir-raġel.

Persuni fil-post identifikaw lill-vittma bħala Kevin Ellul, imlaqqam id-double zero.

Ellul, li għandu 43 sena, hu magħruf sew mal-Pulizija.

Intant, ix-xena fil-Għargħur kienet dominata minn preżenza kbira ta’ Pulizija, membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u uffiċjali tal-AFM.

Kawża tal-isplużjoni, żewġ karozzi fil-viċinanzi ġralhom xi ħsara mentri r-razzett saritlu ħsara estensiva.

Il-Maġistrat Audrey Demicoli qed tmexxi l-inkjesta.

Aktar dettalji dalwaqt.