– Ivan Bartolo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li għad hawn toroq li fihom qatt ma sar tarmac u sostna li l-aġenzija m’għandhiex twarrab lill-kunsilli lokali biex dawn jibqgħu fiċ-ċentru ta’ kull diskussjoni dwar il-lokalità. Fil-parlament uu sostna li l-kunsilli lokali m’għandhomx il-fondi neċessarji biex iwettqu l-proġetti għaliex triq waħda toħdilhom il-fondi kollha li jkollhom allokati.
Fil-Mosta ilha ma ssir triq is-snin, sostna Ivan Bartolo, li kompla li l-pajjiż jeħtieġ titjib fit-toroq Maltin partikolarment fit-toroq arterjali. Hu qal li t-toroq għandhom jassiguraw il-faċilitajiet għall-persuni b’diżabbiltà. Id-deputat Nazzjonalista qal li l-kunsilli lokali jridu jkunu f’ras il-mejda tad-diskussjoni. Fit-toroq l-poplu qed iħabbat rasu ma diversi problemi. Dan hu t-tiġdid fil-kunsilli lokali.
//= $special ?>