Lokali

Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq sellum

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Anzjan ta’84 sena jinsab fil-periklu tal mewt wara li waqa’ minn fuq sellum fil-Mosta

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10am meta l-Pulizija ġiet infurmata mill-Isptar Mater Dei, li kien iddaħħal anzjan isofri minn ġrieħi serji.

Minn investigazzjonijiet preliminari jirriżulta li l-anzjan x’aktarx li kien waqa’, waqt li kien qiegħed jagħmel użu minn sellum fir-residenza tiegħu, li tinsab fi Triq Nicolo Isouard, il-Mosta.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea, li appuntat inkjesta, filwaqt li investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.