Ħaddiem ta’ 45 sena weġġa’ gravi meta dalgħodu waqa’ minn għoli ta’ madwar żewġ sulari f’sit ta’ kostruzzjoni f’San Ġwann.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7:50a.m fi Sqaq Tomna meta r-raġel, imwieled il-Liberja kien qed jagħmel xi xogħol fl-istess sit, u għal xi raġuni waqa’ għoli ta’ żewġ sulari.
Ir-raġel ittieħed immedjatament l-isptar Mater Dei b’ambulanza u kien ċertifikat li weġġa’ gravi.
//= $special ?>

