Internazzjonali

Inċident fatali bejn ferrovija u trakk fl-Italja

Żewġ persuni mietu u 18 oħra ndarbu f’inċident b’ferrovija li baqgħet dieħla fi trakk fir-reġjun ta’ Piemonte. L-inċident seħħ fuq il-binarji bejn l-ibliet ta’ Rodallo u Caluso.
Il-ferrovija ta’ ħames vaguni, li kienet qed tħaddem servizzi esklussivi għar-reġjun, ħabtet mat-trakk għall-ġarr tal-merkanzija industrijali tard fil-lejl tal-Erbgħa; bix-xufier tal-ferrovija u x-xuffier tat-trakk’ it-tnejn imutu mad-daqqa.
It-trakk kien qed iġorr merkanzija ‘ta’ piż eċċezzjonali’ meta, b’xi mod, spiċċa fuq il-binarji tal-ferrovija u weħel hemmhekk. Ftit wara, il-ferrovija, li kienet tħaddem servizzi bejn il-belt ta’ Turin (il-kapitali reġjonali) u Ivrea, daħlet direttament għal ġo fih.