Lokali Parlament

Kodiċi ta’ ilbies għad-deputati fil-parlament

L-Ispeaker Anġlu Farrugia ħabbar li fil-parlament se jiddaħħal kodiċi ta’ lbies għad-deputati waqt li jkunu preżenti fil-Kamra. Id-deputati irġiel iridu jkunu liebsa ġlekk anki jekk bla ingravata waqt li d-deputati nisa jridu jilbsu b’mod ta’ dekor.

Din id-deċiżjoni ingħatat mill-Ispeaker wara li kellu diversi ilmenti minn membri tal-pubbliku u b’mod partikolari għall-mod kif jilbes id-deputat Godfrey Farrugia. L-Ispeaker għamel riferenza għar-regoli fil-parlament Ingliż partikolarment dwar każ ta’ deputat Ingliż li qam jitkellem meta ma kinx liebes ingravata.

L-Ispeaker kompla li membru għandu jġib ruħu b’mod dinjituż u jkun liebes ġlekk bla inravata waqt li d-deputati nisa jridu jilbsu b’mod li jkollhom dekor fl-ilbies. Is-Sedja informat lid-deputati li għandhm josservaw dan il-kodiċi ta’ ilbies b’rispett lejn il-parlament u lejhom innifsuhom.