“L-ammont ta’ għasel li produċew in-naħal fir-Rebbiegħa hu baxx u x-xita li għamlet issa ma tawgurax tajjeb”.
Hekk stqarr Charles Zahra, bidwi u riċerkatur fil-qasam agrikolu, meta lbieraħ kien mistieden waqt il-programm Net Live.
Zahra spjega għaliex ix-xita tal-weekend ma kinitx pożittiva għall-produtturi tal-għasel.
Hu qal li n-naħa daż-żmien ikun fuq il-fjura tas-Sagħtar; fjura li hi delikata immens u li bix-xita tiddeterjora malajr. Għalhekk, ix-xita se tħalli effett fuq l-ammont ta’ għasel li jdaħħal in-naħal mill-fjura tas-Sagħtar.
Fil-programm ġie spjegat kif ix-xita ħalliet ukoll l-effett tagħha fuq diversi uċuħ tar-raba’.
//= $special ?>