Lokali Qtil Politiku

Il-laptops ta’ Caruana Galizia jinsabu għand il-Pulizija Ġermaniża

Il-Ġermaniżi għandhom ukoll 3 hard drives li kienet tuża l-vittma

Il-ġurnal Ġermaniż Suddeutsche Zeitung ikkonferma li żewġ laptops li kienet tuża Daphne Caruana Galizia ġew mgħoddija lill-Pulizija Federali Ġermaniża mill-familja tal-vittma. “L-apparat tal-IT ingħata lill-Pulizija fil-Ġermanja fis-27 ta’ April li għadda”, qalet l-istess gazzetta.

L-istess storja qed tkun rappurtata dalgħodu fil-faċċata tat-Times, fejn intqal illi l-Ġermaniżi għandhom f’idejhom mhux biss iż-żewġ laptops iżda wkoll 3 hard drives.

L-istess ġurnal jgħid illi l-Maġistrat Aaron Bugeja ġie infurmat mill-Pulizija Ġermaniża stess dwar il-fatt li għandhom f’idejhom il-laptops. Dan għaliex Buġeja kien diġa’ qed jaħdem mal-Ġermaniżi minħabba l-inkjesta ta’ Egrant.

Issa, l-Maġistrat Buġeja jista’ jitlob “backups” tal-informazzjoni li hemm f’dawn il-hard drives u l-laptops.