– Claudette Buttigieg, PN
Fid-dibtatitu parlamentari dwar il-Liġi dar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttiigieg appellat biex ma jkunx hemm abbuż mill-informazzjoni dwar il-persuni u biex b’mnod immedjat tibda kampanja edukattvia fost il-poplu.
Claudette Buttigieg qalet li din il-liġi dwar id-data qed tkun diskussa propju lejliet li din se tiddaħħal fl-Ewropa, li hi iktar stretta u dixxiplinata mill-Istati Uniti. Dawn ir-regolamenti ilhom jinħmew sentejn iżda l-gvern ma sabx iż-żmien biex jiddiskutihom. Hi staqsiet x’għamel il-gvern biex jipprepara ruħu u biex jipprepara lill-entitajiet għaliex dawn ir-regoli se jeffettwaw firxa wiesa’ ta’ entitajiet tal-gvern u anki tal-privat.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li din hi liġi li trid tkun ikkunsidrata bi ħsieb fil-kuntest tal-pulizija. Hi staqsiet x’tip ta’ għajnunua l-gvern qed jagħti lin-negozjati u lill-għaqdiet volontarji. Hi semmiet il-liġi tal-protezzjoni tad-data tal-1996 u qalet li minkejja din l-liġi, ħadd ma kien jagħti kas sakemm daħlet l-UE fix-xena. Fil-passat Malta kienet laxka fuq dawn is-sitwazzjonijiet.
Claudette Buttigieg qalet li fil-pajjiż ma saret l-ebda kampanja ta’ informazzjoni dwar kif in-nies iridu jipproteġu lilhom innfushom. Hemm possibbiltà ta’ multi amministrattivi ta’ €20 miljuni għaliex minkejja li din is-sezzjoni tal-liġi qiegħda għal kumpaniji kbar, m’hemm xejn li din mhux se tkun applikata għal kumpaniji żgħar. Fil-bidu għandu jkun hemm twissijiet biex in-nies jirregolaw lilhom innfushom qabel jingħataw il-multi. Il-gvern ħa l-inizjattiva li f’każ ta’ nuqqas fl-użu tad-data minnu ikun hemm kontroll fuq il-multi iżda ma sarx l-istess fil-konfront tan-negozji żgħar. Il-Gvern għandu jiċċara din is-sitwazzjoni.
Claudette Buttigieg kompliet s-sajf li għadda li kien hemm sejħa għal dettalji dwar min kien se jattendi għall-Isle of MTV fil-Floriana. Għaliex inġabret din id-data? Ir-raġuni li ngħatat kienet li dan sar bħala kwistjoni ta’ sigurtà iżda ma kinix l-ewwel attività tal-massa Fuq il-Fosos tal-Floriana fosthom meetings politiċi u f’dawn qatt ma intalbet din l-informazzjoni.
Dan wassal għal sens ta’ dubju anki għaliex it-termini ta’ riferenza ma iknux jaqblu iżda fihom kien hemm il-kunsens li din l-informazzjoni ma tntużax biss għal dak l-iskop. Hi staqsiet x’kien allura l-iskop li tittieħed din l-informazzjoni u x’se jsir minnha. Din il-liġi tagħti l-poter liċ-ċittadin li jsaqsi l-mistoqsijiet u jgħid li l-awtoritajiet ma jistgħux jużaw id-data kif iridu. X’iżomm lill-gvern milli jinnegozja data bħal din għaliex id-data marbuta mas-saħħa hi inkwetanti, staqsiet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li, pajjiżi oħra daħħlu l-età iżda f’Malta din mhix tissemma’.
//= $special ?>