– Ryan Callus, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus appella biex l-aġenzija l-ġdida dwar it-toroq ma twettaqx diskriminazzjoni dwar liema toroq isiru.
Fil-parlament Ryan Callus qal li ħareġ ċar il-faqar ta’ konsultazzjoni mal-kunsilli lokali għalkemm il-ħsieb wara l-aġenzija hu wieħed tajjeb b’qafas iktar b’saħħtu milli hemm illum. Dan beix fil-pajjiż ikun hawn servizz iktar immedjat fuq manutenzjoni ta’ toroq. Saret biss laqgħa waħda ta’ konsultazzjoni mal-kunsilli lokali, li ntalbu jagħtu lista ta’ toroq biex isiru. Din il-lista issa għandha tkun implimentata.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li b’sorsi limitati ta’ finanzi, il-kunsilli lokali jridu jħabbtu wiċċhom ma problemi ta’ residenti dwar it-toroq. Il-kunsilli lokali m’għandhomx ir-riżorsi biex iwettqu dawn il-funzjonijiet.
Ryan Callus sostna li l-kunsilli lokali ħadmu fl-aħħar 25 sena u appella lill-gvern li jemenda l-liġi biex il-bord tal-aġenzija jimxi b’imparzjalità dwar liema toroq għandhom isiru. Hu sostna li l-Gvern Nazzjonalista ma beżax iqassam ir-resposabbiltajiet iżda issa jidher li l-kunsilli lokali se jsiru servjenti għall-ministru.
Fil-prinċipju din l-aġenzija hi tajba fejn il-kunsilli m’għandhomx fondi iżda għandu jkun garantitt li l-kunsilli lokali immexxija minn maġġoranza tal-PN, il-kunsilli jkollhom rimedju meta t-talba tagħhom ma tintlaqax. Il-poteri tal-kunsilli lokali qed jitnaqqsu jekk il-lista tal-kunislli lokali ma tintlaqax.
Il-White Paper dwar il-kunsilli lokali issa qas tingħaraf waqt li l-PN ressaq 80 proposta f’din il-white paper trasparenti. Il-kunsilli lokali huma esperti fil-lokalitajiet tagħhom u huma jafu liema toroq jinsabu fl-aaktar sitwazzjoni gravi. Il-kusnilli m’għandhomx jitwarrbu.
Dwar ix-xogħlijiet fit-toroq, Ryan Callus qal li dawn m’għandhomx jgħaddu kollha min-nofs it-triq iżda jkunu separati. Hu staqsa x’sar minnha l-wiegħda li jitneħħew il-wires minn mad-djar għal taħt it-triq. Jeħtieġ li l-proġetti jsiru bi pjan biex ma jerġgħux jinfetħu wara li jkun sar it-tarmac. Il-kusnilli jridu jkunu involuti fid-deċiżjonjiet għaliex hemm distakk totali bejn il-kunsilli u l-aġenzija.
Ryan Callus qal li mhux ġust li l-kunsilli jibqgħu responsbabli għal dak li jsir fit-toroq li huma jkunu identifikaw lill-gvern biex isiru minħabba li jkunu f’sitwazzjoni gravi. It-toroq li se jsiru għall-ewwel dawba se jibqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-aġenzija.
Hu qal li l-kuntratturi Maltin għandhom ikunu involuti fil-proġetti kbar tal-gvern. Hu semma l-proġett tat-toroq tal-Marsa li se jingħata lil kumpanija Torka u qal li jrid ikun assigurat li l-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema għandhm ikunu l-istess bħal dawk tal-ħaddiema Maltin.
Jeħtieġ li l-aġenzija twassal għal qabża fil-kwalità fit-toroq Maltin, sostna Ryan Callus qal li l-liġi se tkun qed tkisser lill-kunsilli lokali. L-aġenzija għandha timxi mal-kunsilli skont il-ħtiġijiet veru tagħhom, bi prijorità dwar ix-xogħlijiet.
//= $special ?>