Lokali

Nirien f’maħżen tal-ħwejjeġ f’Raħal Ġdid

Ħadd ma weġġa’ f’nirien li ħakmu maħżen tal-ħwejjeġ f’Raħal Ġdid.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4am fi Triq Ninu Cremona.

Mhux magħruf x’wassal għal dawn in-nirien, hekk kif dak il-ħin ħadd ma kien fil-post.

Fil-post issejħu l-Pulizija, bin-nirien kienu kkontrollati minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.