Omm u tarbija ta’ sentejn ittieħdu l-isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fit-telgħa ta’ Selmun. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:20pm.
Fil-ħabta kienu nvolut SUV tat-tip BMW misjuqa minn mara u li magħha kellha tarbija, u vann li kellu numru ta’ passiġġieri.
Net News hu nfurmat li l-mara tilfet il-kontroll tal-vettura meta kienet qed issuq mill-Mellieħa direzzjoni lejn ix-Xemxija fejn konsegwenza ta’ hekk baqgħet dieħla f’ħajt.
Il-vann ta’ kumpanija privata kien ġej mid-direzzjoni opposta u baqa’ dieħel fuq wara tal-vettura.
Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lill-omm u lit-tarbija l-isptar Mater Dei biex jingħataw il-kura neċessarja.
Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.
It-triq għal xi ħin kienet magħluqa għat-traffiku.
//= $special ?>