Lokali Mużika

“Rock the Fort” – Mużika Rock fl-isfond tal-Forti Sant’Anġlu

Bħalissa għaddejjin l-aħħar tħejjijiet għal Rock the Fort, kunċert ta’ mużika rock il-Ġimgħa fl-isfond tal-forti Sant’ Anġlu fil-Birgu. Andre Xuereb, f’isem l-organizzaturi Ten08, jagħti ftit dettalji ta’ x’jistgħu jistennew id-dilettanti tal-mużika rock f’dan il-kunċert. Il-kunċert se jkun karatterizzat minn siltiet ta’ leġġendi tal-mużika rock fosthom Pink Floyd, Led Zeppelin, Queen, Rolling Stones, AC/DC u ħafna oħrajn li se jkun interpretati minn kantanti, mużiċisti u bands Maltin

Dawn jinkludu Cash & Band, PurpleHaze, Xarulu’, Bernie & Pod, Ivan Filletti u Lara Dimech.

Id-dħul għal dan il-kunċert, li jibda fit-8p.m, hu bla ħlas u donazzjonijiet imorru b’risq il-Fondazzjoni Marigold. Andre Xuereb spjega wkoll li saru diversi arranġamenti għal dak li għandu x’jaqsam ma’ trasport u parkeġġ. Fost oħrajn se jkun hemm Park and Ride fil-grawnd tal-Fortini fejn jarma l-car boot sale ta’ nhar ta’ Ħadd, il-lanċa kif ukoll id-dgħajjes tal-pass, se jkunu qed jaqsmu bejn il-Belt Valletta u l-Birgu u Bormla  sas-1a.m. Barraminhekk, min irid, hemm ukoll servizz ta’ trasport permezz ta’ vannijiet. Min jixtieq jirriżerva trasport jista’ jagħmel dan billi jidħol fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Ten08