Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident fin-Naxxar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:30pm fi Vjal il-Labour fin-Naxxar meta mutur kellu impatt ma’ karozza ta’ lewn aħmar.
Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
//= $special ?>